Lokali

Robert Abela jibqa’ ma jikkundannax lil Neville Gafà

Jum wara l-ieħor, qed joħroġ iktar biċ-ċar il-ġlied intern li hemm bejn il-klikek differenti fil-Labour – u kif Robert Abela m’għandu ebda saħħa irażżan lill-estremisti li ħakmuh.

Fl-aħħar jiem, l-esponenti ewlenin tal-Partit Laburista Neville Gafe u Karl Stagno Navarra ħarġu qatta’ bla ħabel kontra l-Ministru Owen Bonnici, tant li qalu li dan għandu jwarrab minnufih għax hemm ħafna partitarji Laburisti li huma irrabjati ferm għalih, b’rabta ma’ kuntratt li ta lil Mark Camilleri.

Iżda filwaqt li Robert Abela qal li ghandu fiduċja f’Owen Bonnici, xorta baqa’ ma kkundannax lil Neville Gafà.

Il-Klikka estremista tal-Labour qed tibqa’ tattakka lil Owen Bonnici. Bi Stagno Navarra jinsisti li dan għandu jwarrab illum qabel għada. U Neville Gafà jiddikjara li internament, hemm ħafna Laburisti irrabjata – konferma oħra tal-qasma li hemm fil-Labour, u li Abela qed jipprova jżommha moħbija.

Intant, Net News staqsa wkoll lil Prim Ministru Robert Abela jekk hu kienx jaf bil-kuntratt li ingħata lil Mark Camilleri. Bil-Prim Ministru jgħid li kien jaf bih.

…iżda Neville Gafà kien iddikjara kompletament l-oppost.