Raġel ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ta bis-sikkina lil raġel ieħor u għamel ħsara lill-karozza tiegħu f’inċident f’Għawdex il-ġimgħa li għaddiet. Juliano Dine ammetta li aggredixxa u darab ħafif lill-vittma b’sikkina, uża s-sikkina illegali u kiser il-paċi pubblika.
Il-prosekuzzjoni u d-difiża għamlu sottomissjonijiet dwar il-kastig. Il-Qorti kkunsidrat in-natura tal-akkużi miġjuba kontra l-akkużat u l-ammissjoni bikrija ta’ ħtija tiegħu, u kkundannatu għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Huwa ġie ordnat iħallas multa ta’ €500 u danni kkawżati lill-karozza tal-vittma.
ll-Maġistrat Brigitte Sultana ppresediet il-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex filwaqt li l-Ispettur tal-Pulizija Josef Gauci mexxa l-prosekuzzjoni.
//= $special ?>