Wara tliet snin ta’ inċertezza li fihom l-istudenti tal-MCAST tħallew ma jafux x’se jiġri mill-istudji tagħhom, illum ġie iffirmat ftehim kolletiv ġdid. Ftehim kollettiv li kien biss possibbli wara pressjoni enormi… u numru ta’ protesti organizzatti mill-istudenti stess, kif ukoll strike mil-letturi ta’ dan il-kulleġġ.
Matul dan il-perjodu ta’ tliet snin, il-Gvern ħoloq sitwazzjoni fejn l-istudenti baqgħu isofru l-konsegwenzi ta’ dewmien żejjed, b’numru ta’ studenti li baqgħu għal xhur mingħajr marki u b’oħrajn li ħadu l-administrative pass… mingħajr ma jafu jekk din il-marka hux se tiġi aċċetata minn min jimpjega. Dan apparti li kien hemm pressjoni kontinwa li saret mill-Partit Nazzjonalista.
Intant, f’din l-okkażjoni, il-Prinċipal tal-MCAST Stephen Vella qal li dan l-ftehim jirrikonoxxi l-irwol importanti tal-edukaturi u l-impjegati tal-kulleġġ li jaħdmu b’passjoni għall-eċċellenza u li qed iħejju l-mexxejja ta’ għada.
F’din l-okkażjoni tal-ftehim, tkellem ukoll il-President tal-MUT, Marco Bonnici; li qal li dan il-ftehim se jwassal biex għall-ewwel darba l-MCAST toffri l-Professorat.
//= $special ?>