GSSE 2025 Sport

Deheb għal Malta fit-Table Tennis

Il-koppja Maltija, Maria Carmela Iacop u Renata Strbikova, rebbieħa tal-midalja tad-deheb fid-doubles tat-Table Tennis tan-nisa.
Il-koppja Maltija, Maria Carmela Iacop u Renata Strbikova, rebbieħa tal-midalja tad-deheb fid-doubles tat-Table Tennis tan-nisa.

Tasal it-tieni midalja tad-deheb għal Malta f’din l-ewwel ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru f’Andorra.

Wara r-rebħ tal-midalja tal-bronz fit-Table Tennis, fid-doubles tal-irġiel, fid-doubles tan-nisa Malta rebħet id-deheb meta fil-partita deċiżiva kontra Ċipru, il-koppja li kienu qed jirrappreżentaw lil Malta, Maria Carmela Lacop u Renata Strbikova, rebħu 3-0.

B’hekk din hija l-ħames midalja s’issa għal Malta fl-ewwel ġurnata, it-tieni waħda mirbuħa permezz tad-dixxiplina tat-Table Tennis u t-tieni midalja tad-deheb wara dik ta’ Jessica Vella fil-Karate.