Kummerċ Lokali

Fruntiera ġdida fid-dijanjosi u t-trattament ta’ allerġiji

Pharma.mt Ltd.  tintroduċi l-Inmunotek f’Malta

Pharma.mt Ltd., fornitur ewlieni ta’ soluzzjonijiet fil-kura tas-saħħa f’Malta, tħabbar   l-introduzzj uffiċjali ta’ Inmunotek, kumpanija bioteknoloġika magħrufa internazzjonalment li tispeċjalizza fit-terapija ta’ allerġiji, fis-suq Malti. Din is-sħubija strateġika tirrappreżenta pass sinifikanti ‘l quddiem fil-kura tal-allerġiji kemm għall-adulti kif ukoll għat-tfal madwar il-gżira.

Bil-prevalenza tal-mard allerġiku dejjem jikber, id-dħul ta’ Inmunotek f’Malta jiġi f’mument kruċjali. Skont l-Akkademja Ewropea tal-Allerġiji u l-klinika tal Immunoloġija (EAACI), madwar 30% tal-adulti u 40% tat-tfal fl-Ewropa jbatu minn kundizzjoni jew kundizzjonijiet relatati ma’ allerġiji. F’Malta, data riċenti turi xejriet simili, b’sa 32% tal-adulti u 44% tat-tfal affettwati minn sintomi allerġiċi stagjonali jew kroniċi.

Dawn iċ-ċifri huma mbassra li jkomplu jiżdiedu. Sal-2035, l-esperti jbassru li aktar minn 50% tal-popolazzjoni Ewropea jistgħu jkunu milquta mill-allerġiji jekk it-tendenzi attwali jkomplu, twissija li qed tinstema’ wkoll minn professjonisti tas-saħħa lokali li josservaw żieda f’kundizzjonijiet allerġiċi relatati mar-respirazzjoni u l-ġilda, kawża ta’ bidla fil-klima, urbanizzazzjoni u stil ta’ ħajja.

Fost l-aktar  allerġiji komuni u ta’ xkiel għal dawk affettwati f’Malta, hemm il-ħmura  mill-qtates u klieb, frak tat-trab domestiku, u diversi tipi ta’ polline. Dawn jistgħu jaffettwaw serjament il-kwalità tal-ħajja, u jikkontribwixxu għal sintomi persistenti bħal għejja, nuqqas ta’ rqad, u irritazzjoni tal-ġilda. Kemm tfal kif ukoll adulti jistgħu jbatu minn għatis rikorrenti, imnieħer imblukkat, għajnejn imdemmgħin, sintomi simili għall-ażma, jew eżema – speċjalment fi djar b’annimali jew matul l-istaġun tal-polline.

It-terapiji speċifiċi għall- allerġiji ta’ Inmunotek jipprovdu serħan fit-tul billi jnaqqsu gradwalment is-sensittività tas-sistema immunitarja għal dawk li huma affettwati. Għal pazjenti li jbatu minn allerġiji minn annimali domestiċi, frak tat-trab jew polline, dawn it-trattamenti joffru mhux biss kontroll tas-sintomi iżda wkoll il-possibbiltà li jinbidel il-kors tal-marda, u tonqos il-ħtieġa għal antihistamini jew kortikosterojdi.

Il-firxa ta’ prodotti ta’ dijanjosi u trattament ta’ Inmunotek tinkludi  apparat modern  għall-ittestjar tal-allerġiji kif ukoll terapiji immunoloġiċi sublingwali u taħt il-ġilda. Dawn jipprovdu lill-professjonisti tas-saħħa Maltin b’għodod effettivi biex itejbu r-riżultati fit-tul għall-pazjenti. It-trattamenti huma personalizzati skont is-sensittività individwali għall-allerġiji  – bħal ħmura mill-annimali, frak tat-trab u pollini – u jindirizzaw il-kawża vera u mhux biss is-sintomi.

“Aħna eċċitati li nġibu l-kompetenza u t-terapiji innovattivi ta’ Inmunotek f’Malta,” qal Dr. Ljubomir Dimitrovski, Business Lead ta’ Pharma.mt Ltd. “Din  l-introduzzjoni ssaħħaħ l-impenn tagħna li ntejbu l-kura tal-pazjent permezz ta’ mediċina personalizzata u bbażata fuq l-evidenza. Issa, il-pazjenti Maltin għandhom aċċess għal soluzzjonijiet avvanzati li qabel kienu limitati jew ineżistenti lokalmen”.

Pharma.mt Ltd. se tqassam il-prodotti ta’ Inmunotek permezz tan-netwerk nazzjonali tagħha ta’ spiżeriji u kliniki msieħba.  Seminarji edukattivi għal tobba ġenerali, pedjatriċi u speċjalisti ENT huma skedati jibdew dan is-sajf biex jappoġġjaw l-integrazzjoni tat-terapija immunoloġika fil-prattika klinika ta’ kuljum.

Pharma.mt Ltd. hija distributur Malti speċjalizzat f’prodotti farmaċewtiċi ta’ kwalità għolja, mediċini naturali, dermokosmetiċi u prodotti dijanjostiċi. Il-kumpanija tissieħeb ma’ mexxejja globali biex tipprovdi soluzzjonijiet innovattivi għall-ispiżeriji, kliniċi u sptarijiet madwar Malta.

Inmunotek hija kumpanija bioteknoloġika internazzjonali ewlenija ffukata fuq terapija immunoloġika għall-allerġiji. B’uffiċċji fi Spanja u preżenza f’aktar minn 30 pajjiż, hija rikonoxxuta għall-approċċ personalizzat u mmexxi mir-riċerka fid-dijanjosi u t-trattament tal-allerġiji.