Dalgħodu potenzjalment, Malta tista’ tkun qed tisfida għar-rebħ tal-ewwel midalji f’din l-edizzjoni meta ċ-Ċikliżmu se jkun wieħed mill-ewwel dixxiplini sportivi li se jkun qed jidħol fl-azzjoni f’din l-20 edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta’ Andorra.
Dan l-isport se jkun qed jerġa’ jirritorna f’dawn il-logħob u wieħed jistenna li Andorra jkunu fost il-pajjiżi l-aktar b’saħħithom, b’ċans li jirbħu l-akbar ammont ta’ midalji f’din id-dixxiplina.
Illum se jkollna t-Time Trials tan-nisa u tal-irġiel. Fil-kategorija tan-nisa, li tibda fl-10am, Malta qed tittama f’prestazzjoni pożittiva li twassal għar-rebħ ta’ midalja minn Jessica Pratt, filwaqt li wieħed ma jridx jeskludi l-anqas lill-oħt Jessica, Emma Pratt.
Fit-Time Trial tal-Irġiel, li jibdew fil-10:45am, l-akbar tama ta’ Malta hi fuq ċ-ċiklist, Aiden Buttigieg.