Lokali

Il-BCA tiċħad is-sħubija tal-Kamra tal-Ġeoloġi

Il Building & Construction Authority (BCA) qed tkompli tiċħad is-sħubija tal-Kamra tal-Ġeoloġi (Malta Chamber of Geologists) fil-Building and Construction Consultative Council (BCCC).

Dan ikkonfermah Peter Gatt, il-President tal-Kamra tal-Ġeoloġi.

Il-BCCC huwa kunsill konsultativ li jagħti parir fil-qasam tal-bini.

Gatt stqarr li ma ngħatat l-ebda raġuni għal din iċ-ċaħda mill-BCA. Hu insista li l-BCA ma tridx tikkonsulta mal-ġeoloġi Maltin.

Fl-Ewropa, il-ġeoloġi huma meqjusa parti mill-industrija tal-kostruzzjoni għax iħarsu s-sikurezza pubblika. Dan huwa kkonfermat mir-Rapport Jean Paul Sofia li jirrakkomanda l-involviment tal-ġeoloġi. Iżda il-BCA ma tridx taf u qed tkompli twebbes rasha.