Lokali

Il-Knisja tibgħat il-każ tal-kappillan quddiem is-Santa Sede

Il-Knisja ta’ Malta bagħtet il-każ li ssemma’ fil-Qorti lis-Santa Sede.

Dan, wara li saċerdot instab ħati li kkorrompa tfajla ta’ 15-il sena, fi stqarrija, il-Knisja ta’ Malta spjegat li bagħtet dan il-każ lis-Santa Sede.

Bil-Vatikan jiddeċiedi li dan is-saċerdot jiġi ristrett milli jwettaq il-ministeru tiegħu.

Fi stqarrija ppubblikata mill-Arċidjoċesi ta’ Malta, ġie spjegat id-dispjaċir u d-diżappunt tal-Arċidjoċesi dwar il-fatt li saċerdot instab ħati li kiser il-konfini ta’ natura sesswali ma’ tfajla ta’ 15-il sena.

Bl-Arċidjoċesi tirringrazzja lis-Safeguaring Commission għall-mod kif ħadet ħsieb dan il-każ delikat, li tat is-sapport lill-vittma sabiex tirrapporta dan il-każ lill-Pulizija.

Fl-istqarrija ġie spjegat ukoll li bl-istess mod li din il-Kummissjoni pprovdiet l-għajnuna meħtieġa lill-vittma, se tkun qed toffri wkoll servizz ta’ counselling u sapport emozzjonali lis-saċerdot ikkonċernat.