Lokali Parlament

Il-PN jipproponi diskussjonijiet immedjati għal riforma sħiħa fil-Kostituzzjoni

Karol Aquilina, PN

Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Karol Aquilina sostna fil-parlament li l-PN irid li jibdew diskussjonijiet immedjati għal riforma sħiħa fil-Kostituzzjoni.

Fid-dibattitu parlamentari dwar emendi għall-Kostituzzjoni, Karol Aquilina elenka wkoll il-proposti li qed jipproponi l-PN għal din ir-riforma.

Karol Aquilina qal li hemm partijiet mill-Kostituzzjoni li jistgħu jinbidlu biż-żewġ terzi tal-parlament għaliex il-Kostituzzjoni hi tal-pajjiż kollu. Dan isir permezz ta’ djalogu bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fil-maġġoranza tal-każi dejjem kien hemm qbil. Hu qal li fl-aħħar snin dan ma baqax iseħħ għaliex il-gvern ma baqax jipprova jiddjaloga mal-Oppożizzjoni.

Karol Aquilina qal li dan l-abbozz ta’ liġi ma kinx diskuss bejn iż-żewġ naħat bla restrizzjoni ta’ diskrsi parlamentari. Ġimgħatejn ilu l-Ministru tal-Ġustizja ressaq abbozz ta’ liġi li l-Oppożizzjoni ma vvutax kontra biex kun hemm possibbiltà ta’ qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li llum hawn għarfien ikbar dwar id-drittijiet li joħorġu mill-Kostituzzjonali. Dwar il-ħatra ta’ Prim Imħallef, Karol Aquilina qal li importanti li din il-kariga ma tkunx kontroversjali u li dwarha ma jkunx hawn polemiċi. Hu qal li l-għażliet li, fil-passat, kien jagħmel il-gvern fl-imħallfin jew maġistrati ma kinix joħolqu kontroversji u kienu jkunu aċċettati.

Dan inbidel fl-2013 meta iddaħħlet iktar politika; għalhekk saret enfasi kbira fuq trasparenza.

Karol Aquilina tkellem dwar l-età tal-pensjoni li ttellgħt minn 65 sena għal 68 sena bi qbil tal-parlament kollu u qal li hemm diffikultà għaliex il-gvern ma ħasibx minn qabel biex din l-età terġa’ titla’. Din is-sistema tista’ issir iktar komda, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li għandha ssir diskussjoni biex jinstab l-aħjar għażla. Hu qal li l-parlament jafda lill-Prim Imħallef iżda ma jafdahx jekk hux kapaċi jkompli bil-kariga tiegħu wara l-68 sena.

Hu qla li qed siru numru kbir ta’ ilmenti li jsiru fil-konfront tal-avukati u ppropona li jkun hem sistema kemm jista’ jkun qasira. Teżisti realtà li fil-qrati hemm il-fenominu li ħafna avukati li jiggradwaw ma jridux imorru jaħdmu l-qorti. Fi ftit snin oħra l-avukati li jaħdmu weħidhom se jkunu spiċċaw. Jeħtieġ li jinstab mod kif ikun inċentiv l-aspett li l-avukati b’qalb soċjali u mil-lokalitajiet jmorru jaħdmu l-qorti. Jeħtieġ li anki fuq dan l-aspett ikun hemm diskussjoni.

Karol Aquilina tkellem dwar il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ġudikatura u qal li hemm diversi persuni li qed isostnu li l-klawsola proposta se jeffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura. Hu qal li jeħtieġ riforma sħiħa tal-kostituzzjoni kif kien wiegħed il-gvern meta kien elett . Il-gvern kien qal li se jagħmel Konvenzjoni Kostituzzjonali u l-PN jaqbel ma’ dan. Dan il-proċess għandu jkun gwidat mill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono li għandha l-kapaċità li tmexxi din ir-riforma.

Hu qal li l-Kumitat għar-Riforma Kostituzzjonali mhux qed jiltaqa’ u sostna li l-PN jixtieq ftehim dwar il-bidliet kollha fil-Kostituzzjoni. Il-PN irid jara wkoll x’jaħsbu partiti oħra, hemm is-soċjetà ċivili u għaqdiet nazzjonali u lokali u individwi li għandhom proposti.

Fost il-proposti tal-PN hemm dik dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Elettorali biex tissaħħaħ id-demokrazija u li din tkun tgawdi l-fiduċja tal-parlament. Din għandha tkun preseduta minn persuna li jkun hemm qbil fuqha, li ċ-Chairman ikun matur miż-żewġ terzi tal-parlament u li din ikollha l-informazzjoni li jkollha bżonn biex taħdem. Il-PN irid bidla fil-mod kif tinħatar l-Awtorità tax-Xandir, li ssir l-implimentazzjoni sħiħa tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Carana Galizia u li ssir riforma sħiħa fix-xandir pubbliku biex dan ikun jirrifletti l-opinjoni tas-soċjetà kollha.

Il-PN qed jipproponi wkoll li l-ambjent isir dritt fundamentali, li ssir bidla fil-mod kif isiru l-ħatriet tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali, li jsir id-dħul tat-12 -il protokoll tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u li jsir it-twaqqif ta’ Kumitat Permanenti tal-Parlament għall-Ġustizzja.

Il-PN irid rifoma sħiħa fil-mod kif jaħdem il-parlament għaliex illum dan hu parlament tal-gvern biss li fih jagħmel biss dak li jrid il-gvern.

Karol Aquilina appella biex isiru diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u stieden ill-Ministru tal-Ġustizzja biex dawn isiru immedjatament taħt il-presidenza tal-President tal-Malta biex jintlaħaq ftehim dwarhom.