Shaun Coppola huwa r-raġel ta’ 35 sena li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jiriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar, meta raġel kien qed isuq mutur Suzuki, tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel fil-barrikati tat-triq.
Il-vittma li huwa residenti Ħal Qormi ġie ċċertifikat mejjet fil-post.
It-triq fiż-żewġ direzzjonijiet hija magħluqa.
Il-Maġistrat Ian Farrugia ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
