Lokali Parlament

Ir-rotta bejn il-Belt u l-Ajruport mhux dejjem kienet konsistenti

Matul ix-xhur ta’ April u Mejju ta’ din is-sena, it-trasport pubbliku mhux dejjem kien konsistenti u falla f’xi okkażjonijiet fuq ir-rotta bejn il-Belt u l-Ajruport jew viċi vesa.

Jirriżulta li bejn il-5 u d-9 ta’ Mejju 2025 ir-rotta bejn il-Belt u l-Ajruport ħadmet 96 fil mija u r-rotta li titlaq mill-Ajruport sal-Belt ħadmet 97 fil-mija. Dan ifisser li mhux dejjem kienet konsistenti.

Bejn il-21 u s-27 ta’ April ta’ din is-sena, ir-rotta bejn il-Belt u l-Ajruport u viċiversa naqset li taħdem b’wieħed fil-mija.

Bejn it-28 ta’ April 2025 u l-4 ta’ Mejju 2025, ir-rotta bejn l-Ajruport u l-Belt ukoll ma ħadmitx wieħed fil-mija.

Dwar kemm ma ħadmitx ir-rotta bejn il-Belt u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tkellem il-Ministru Chris Bonett fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut li staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċ jgħid kemm-il darba ma ħarġitx il-karozza tal-linja tar-rotta numru 88, kemm mill-Belt Valletta għall-Ajruport, kif ukoll mill-Ajruport għall-Belt Valletta.