Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fl-Aġġornament tal-Parlament li t-tfal tal-Iskola Primarja ta’ Bormal għandu jibqgħalhom post fejn jilagħbu fil-ħin tar-rikreazzjoni tagħhom.
Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar l-Iskola Primarja ta’ Bormla u qal li fiha din ma kellhiex post fejn it-tfal jilagħbu fil-ħin ta’ rikreazzjoni.
Hu sostna li kien hemm post quddiem l-iskola li beda jintuża bħala parkeġġ għall-karozzi iżda fl-2010 is-sitwazzjoni kienet rimedjata għaliex dan l-ispazju kien trasformat f’post fejn it-tfal jistgħu jilagħbu. Id-diskussjonijiet dwar il-proġett tal-Kottonera dak iż-żmien kienu saru fl-isfond tal-proġett tal-Kottonera bil-pjan ikun li taħt dan il-post isir parkeġġ. Parti sostanzjali minn din iz-zona kellha tingħata lill-iskola biex it-tfal jilagħbu fiha.
Hu sostna li l-proġett ta’ parkeġġ li se jsir issa se jkun kbir u kif dejjem kważi jseħħ, se jkun hemm dewmien bil-konsegwenza li hemm sogru kbir li t-tfal se jispiċċaw bla post fejn jilagħbu.
Id-deputat Nazzjonlista kompla li l-affarijiet se jdumu biex ikunu finalizzati u għalhekk il-prijoritajiet tat-tfal iridu jkunu kkunsidrati. Għalhekk il-pjani għandhom ikunu pubblikati b’termini fissi ta’ meta se jibda u jispiċċa l-proġett. Hu ppropona li l-proġett isir b’mod li din il-parti tintmiss mill-inqas jew li ssir struttura biex fiha jilagħbu t-tfal. Dan filwaqt li m’għandux isir xogħol fuq il-parkeġġ waqt il-ħinijiet tal-iskola.
//= $special ?>