GSSE 2025 Sport

Jessica Vella tirbaħ l-ewwel midalja tad-deheb għal Malta f’Andorra

Jessica Vella tirbaħ l-ewwel deheb għal Malta fl-20 edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f'Andorra.
Jessica Vella tirbaħ l-ewwel deheb

Malta għadha kemm rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fl-ewwel ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru f’Andorra.

Jessica Vella, li għandha 19-il sena, rebħet id-deheb fil-Karate fl-event tal-Kata.

Vella bdiet il-kompetizzjoni bl-aħjar mod possibbli meta rebħet Grupp B b’żewġ rebħiet kontra atleti minn Liechtenstein u Monaco.

Fis-semifinali, Vella għelbet lill-atleta minn Andorra, Maria Ubiergo bil-punteġġ ta’ 36.8 għal 38.4.

Fil-finali, Vella kienet fl-aqwa forma possibbli u għelbet il-kompetizzjoni tal-avversarja Mila Mrakovic mill-Montenegro, bil-punteġġ finali ta’ 37.8 għal 39.1.