Justin Haber, eks gowlkiper internazzjonali Malti u kunsillier fi ħdan il-Partit Laburista fil-Floriana ngħata ordni ta’ trażżin mill-Maġistrat Nadia Helen Vella wara li sabitu ħati li hedded lil oħtu, Pearl Vella Haber, billi qalilha “naqtagħlek rasek.”
L-akkużi fil-konfront taI-gowlkiper veteran Malti jmorru lura għat-8 ta’ Jannar li għadda meta bla mistenni bagħat messaġġ ta’ theddid lil oħtu, Pearl Vella Haber, filwaqt li inċitaha wkoll biex tressaq akkużi kontrih.
Dan jidher li ġara li qamu ċerti kwistjonijiet bejn Pearl u ommhom.
Haber bagħat il-messaġġ fuq WhatsUp b’rabja għas-sitwazzjoni li għaddejja bejniethom. Haber ma ammettiex l-akkużi mressqa kontrih iżda meta xehed, ammetta l-azzjonijiet ħżiena tiegħu. Oħtu xehdet dwar dan il-każ fejn hija qalet li diġà kienet irrappurtat lil Justin Haber f’każ separat lura fl-2014.
Dwar dan il-każ, 11-il sena ilu, Justin Haber kien imsejjaħ il-Qorti iżda oħtu ddeċidiet li twaqqa’ l-każ minħabba raġunijiet familjari. Madankollu, din id-darba, fl-aħħar iddeċidiet li kien wasal iż-żmien li tieħu azzjoni kontrih.
“Ir-raġuni ewlenija għaliex iddeċidejt li nkompli bir-rapport hija għaliex naf li kapaċi jagħmel affarijiet bħal dawn u li jasal.” Hija esprimiet ukoll il-biża’ kostanti tagħha li tiltaqa’ miegħu, fejn sostniet li qatt ma tirriskja li tipparkja f’parkeġġ taħt l-art għax tibża li tiġi kkonfrontata minn ħuha.
Il-Qorti sabet lil Justin Haber ħati tal-akkużi kollha u ħarġet ordni ta’ trażżin għal perjodu ta’ sena favur oħtu. Il-Qorti għamlitha ċara li ma jistax jersaq, jikkuntattja jew imur qrib oħtu akkost ta’ kollox u jekk jonqos milli jżomm ma’ dawn il-kundizzjonijiet jiġi mmultat ta’ €2,000.
Haber huwa figura magħrufa sew fil-futbol Malti u li kellu karriera twila. Huwa ġie elett ukoll bħala kunsillier għall-Partit Laburista fil-lokalitgà tal-Floriana.
L-Avukat Marita Pace Dimech irrappreżentat lill-vittma. L_Avukat Edward Zammit Lewis assista lil Justin Haber.
//= $special ?>