Jeffrey Wood ġie kkundanat sentejn ħabs wara li seraq ritratt famuż ta’ Sir Winston Churchill – magħruf bħala ‘The Roaring Lion’.
Il-Kanadiż ammetta li seraq ir-ritratt oriġinali mil-lukanda Château Laurier. Il-każ x’aktarx seħħ bejn il-Milied tal-2021 u l-bidu ta’ Jannar 2022. Wood ammetta wkoll l-akkuża ta’ frodi.
Kien f’Awwissu tal-2022 meta ħaddiem f’din il-lukanda nduna li r-ritratt ġie mibdul ma’ ieħor li kien falz.
Il-Pulizija Kanadiża spjegat li r-ritratt kien misjub f’kollezzjoni privata, f’Genoa, fit-tramuntana tal-Italja.
Waqt il-proċeduri fil-Qorti, il-Kanadiż stqarr li hu kien seraq ir-ritratt biex jkun jista’ jħallas il-kontijiet mediċi ta’ ħuh.
L-avukat ta’ Wood qal li s-sentenza mogħtija kienet “ħarxa bla bżonn”. Wood se jkun qed jgħaddi s-sentenza tiegħu f’istituzzjoni minflok f’ħabs federali.
//= $special ?>