Malta għalaqna l-ewwel ġurnata tal-20 edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, bir-rebħ tal-ħames midalja tad-deheb, liema midalja kompliet tagħti kulur fid-debutt ta’ Team Malta ta’ dawn il-logħob.
Din l-aħħar midalja tad-deheb waslet minn dixxiplina relattivament ġdida għal Malta f’termini ta’ suċċessi u fl-istorja ta’ dawn il-logħob, il-Ġinnastika Artistika.
It-tim tan-nisa rebaħ il-finali għat-timijiet meta kiseb l-akbar ammont ta’ punti, b’total ta’ 138.250 punti u b’hekk spiċċajna l-ewwel fil-klassifika ġenerali biex fost il-ferħ u ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dawk involuti u preżenti fiċ-Ċentru Esportiu Serradells.
//= $special ?>