Knisja Lokali

L-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni se tospitaw l-Isbandieratori di Carpineto f’Ġunju li ġej

L-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni ħabbru li matul il-ġranet tas-27 u d-29 ta’ Ġunju se tospita l-Isbandieratori di Carpineto, propju qabel il-ġranet tal-festa titulari.

L-Isbanderatori di Carpineto ser jtellgħu tliet attivitajiet fosthom:

  • Il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju fit-8.00pm fi Pjazza Kappillan Muscat;
  • Is-Sibt 28 ta’ Ġunju filgħodu fil-belt kapitali u fis-7.30pm fi Triq Manwel Magri;
  • Il-Ħadd 29 ta’ Ġunju fi Triq Manwel Magri u fit-toroq tal-madwar.

Peress li r-raħal ta’ Carpineto huwa marbut u ddedikat lill-Marija Immakulata, huma ġew mistedna sabiex f’Diċembru jżuru l-villaġġ ta’ Carpineto u l-Banda ddoqq fil-festa tal-Immakulata Kuncizzjoni li ssir fil-Jum tal-Immakulata fit-8 ta’ Diċembru.

Din l-attività hija vetrina tal-kultura ta’ Malta, imwaħħda ma’ dawk ta’ pajjiżi oħra.

Il-President tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni qal “li importanti li nkomplu naqsmu l-kulturi bejnietna filwaqt li nsaħħu r-relazzjonijiet ma’ ħaddiehor. Dan huwa l-vera ġemelaġġ“.