L-għawm għadu kemm rebbaħ lil Malta l-ewwel midalja fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru f’Andorra. Hekk kif illum waranofsinhar bdew isiru l-finali ta’ diversi events, fil-200 metru butterfly tan-nisa, Nirvana Micallef daħlet fit-tieni post biex rebħet il-midalja tal-fidda.
Emma Barthel tal-Lussemburgu rebħet id-deheb b’ħin ta’ 2’23.45. Il-ħin miksub minn Micallef kien dak ta’ 2’23.94.
Fit-tielet post daħlet għawwiema minn Ċipru.
Din kienet it-tielet midalja mirbuħa minn Malta s’issa f’dawn il-logħob.