L-eks numru wiħed tad-Dinja Novak Djokovic kompla l-mixja lejn il-25 Grand Slam Single tiegħu hekk kif għeleb lil Mackenzie McDonald fl-ewwel rawnd tal-Open ta’ Franza bl-iskor ta’ 6-3, 6-3, 6-3.
Rebħa pjuttost komda għas-Serb hekk kif tilef biss serve waħda matul il-partita.
Djokovic li se jalaq 38 din il-ġimgħa, rebaħ kull partita li lagħab minn 21 partita fil-Roland Garos.
Djokovic se jilagħab ir-rebbieħ tal-partita bejn Corentin Moutet u Clement Tabur.
It-Tlieta kellna ukoll il-Ġemraniż Zverev li għeleb l-Amerikan Learner Tien bl-iskor ta’ 6-3, 6-3, 6-4.
L-Ingliż Cameron Norrie possibilment se jilagħab kontra Djokovic jekk se jibqa’ javvanza sar-raba’ rawnd hekk kif għeleb lir-Russu Daniil Medvedev fl-isbaħ partita tal-ġurnata bl-iskor ta’ 7-5, 6-3, 4-6, 1-6, 7-5.
L-Awstraljan Alex De Minuar rebaħ il-partita tiegħu kontra s-Serb Laslo Djere bl-iskor ta’ 6-3, 6-4, 7-6 (8-6)
//= $special ?>