Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Illum jekk nitilfu dak li hu soċjali, insiru biss numri” – Augusto Cardinali

Fi PROFILI tal-lejla fuq Net TV se nkunu qed niltaqgħu ma’ Augosto Cardinali. Il-profil huwa familjari ma’ bosta u mhux l-ewwel darba li x-xogħol tiegħu ġab tbissima.

Fi PROFILI Augosto se jkun qed jaqsam l-esperjenzi sbieħ fl-oqsma li jagħmel parti, it-tfulija u l-aħħar xogħlijiet. Is-suċċess kbir kif ukoll l-aspettativa tal-pubbliku meta jarawh fuq xi palk.

“Niskuża ruħi, jekk hemm xi ħadd għandu CD suppost ta’ marċi funebri u minflok sab il-Kaboom, mhux tort tiegħi”.

Il-ġrajjiet u l-episodji li sawru lil Augusto Cardinali se jkunu qed jispikkaw mhux ftit, bil-karattru tal-profil se jkun qed itina siegħa wirja tiegħu nnifsu.

PROFILI, illejla fit-8.30pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Gail Mallia.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.

Tags