Futbol Sport

Regoli ġodda mill-MFA dwar it-trasferimenti tal-plejers dilettanti u taħt it-18-il sena

Il-Malta Football Association ħarġet regolarmenti ġodda dwar it-transferimenti ta’ plejers dilettanti, ċioè, dawk mhux professjonali. Dawn ir-regolarmenti jaslu wara li ntlaħaq ftehim bejn il-MFA u l-FIFPRO, bil-patt li jitwaqqfu ċertu proċeduri quddiem il-CAS.

Il-MFA, fi stqarrija uffiċjali, ippreżentat numru ta’ emendi fir-regolamenti tat-trasferimenti (Section IV – Regulations on the Status and Transfer of Players) matul laqgħa tal-Bord Eżekuttiv li saret it-Tnejn 26 ta’ Mejju. Dawn ir-regolarmenti jittrattaw fuq il-prejodu ta’ reġistrazzjoni mandatorju li l-plejer mhux professjonali jkollu ma’ klabb u liema emendi jirrelataw ukoll ma’ plejers taħt it-18-il sena.

Dawn ir-regoli prinċiparjament jindirizzaw ir-reġistrazzjoni tal-plejers li fit-termini tar-regolamenti tal-Malta FA kienu jipprovdu sabiex registrazzjoni ta’ plejer tal-età ta’ 14-il sena tibqa’ valida sal-età ta’ 18-il sena. Bl-introduzzjoni ta’ dawn ir-regoli l-ġodda li ġew approvati mill-Bord Eżekuttiv, ir-reġistrazzjoni tal-plejer ser tapplika mill-età ta’ 14-il sena sa 16-il sena u mnn 16-il sena sa 18-il sena, kif spjegat aħjar fir-regolamenti emendati.

Dawn l-emendi waslu wara diversi diskussjonijiet fil-kumitat ta’ Djalogu Soċjali fi ħdan l-Malta FA bejn rappreżentanti tal-klabbs membri u l-Malta Football Players Association (MFPA) bl-intervent tal-Malta FA kif ukoll tal ftehim li sar bejn il-FIFPRO u l-Malta FA sabiex jintlaħaq kompromess rigwardanti proċeduri quddiem il-Court of Arbitration for Sport (CAS). Il-proceduri ser jiġu rtirati mill-FIFPRO ladarba ntlaħaq dan il-ftehim storiku.

Matul l-istess laqgħa l-Malta FA ppreżentat Formola tar-Reġistrazzjoni tal-plejers mall-klabb għall-istaġun li ġej. Din il-formola ser tiġi ġġenerata mis-sistema tal-COMET (sistema online li titħaddem mill-klabbs membri) sabiex tindirizza abbużi li kienu qed jirriżultaw meta ssir ir-reġistrazzjoni tal-plejers għall-istaġun sussegwenti.

Is-sistema ser tiġġenera data fuq il-formola kif ukoll numru progressiv speċifiku għal kull formola. B’dan il-mod ikun hemm evidenza ta’ meta l-formola ġiet iġġenerata mis-sistema tal-COMET, li f’termini tar-regolamenti tal-Malta FA (Section IV – Regulations on the Status and Transfer of Players) kull reġistrazzjoni ta’ plejer mall-istess klabb għandha ssir wara li jispiċċa l-istaġun u mhux qabel.

Il-Malta FA infurmat ukoll li kull formoli li setgħu saru qabel l-aħħar tal-istaġun kurrenti mhux ser jiġu aċċettat li dawn mhumiex konformi mar-regola li tistipula li r-reġistrazzjoni tal-plejer mal-istess klabb għandha ssir wara li jispiċċa l-istaġun.  Dan kollu jindirizza n-nuqqassijiet li kienu jeżistu fil-proċedura u jagħti lok għal aktar trasparenza u kontabbiltà fil-mod ta’ kif ikunu rreġistrati l-plejers fl-etajiet minuri.

L-MFA tibqa’ kommessa li tkompli tirriforma l-proċessi interni tagħha abbażi tad-djalogu flimkien mal-membri tagħha fl-aħjar interess tal-logħba u dawk kollha li jamministrawha u jippratikawha.