GSSE 2025 Sport

Sasha Gatt fl-Ghawm u Gina McNamara fl-Atletika jżidu r-rebħ ta’ midalji tad-deheb minn Malta għal erbgħa

Sasha Gatt tirbaħ id-deheb fl-għawm.
Sasha Gatt tirbaħ id-deheb fl-għawm.

Aktar suċċessi għal Malta f’din l-ewwel ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra. Fl-Ghawm, Sasha Gatt, temmet l-ewwel fil-finali tat-800 metru freestyle f’ħin ta’ 8’49.74 biex b’hekk għall-ewwel darba fil-karriera tagħha, Gatt irnexxilha tirbaħ midalja tad-deheb f’edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Fl-Atletika, fit-800 tan-nisa, Gina McNamara daħlet l-ewwel fost kulħadd biex aċċertat mir-rebħ tal-ewwel midalja tad-deheb fl-atletika s’issa, u r-raba’ waħda għal Malta f’dawn il-logħob. Fl-istess event, Janet Richard temmet it-tielet biex rebħet il-midalja tal-bronz.