Mara li ammettiet li feriet lill-eks raġel tagħha meta tefgħetlu tazza kafè f’wiċċu għax ratu ma’ mara oħra ngħatat sentenza ta’ ħabs sospiża. Il-mara ta’ 43 sena miż-Żurrieq ġiet arrestata wara li l-eks raġel tagħha rrapportaha lill-Pulizija.
Huwa qal li kien qed jieħu kafè f’Marsascala meta l-mara għaddiet minn ħdejh u ratu ma’ mara oħra. L-akkużat qabad tazza kafè u xeħitha f’wiċċu. It-tazza nkisret u spiċċa b’xofftejh ta’ fuq maqsuma, u kellu bżonn tliet punti.
Intalab mandat ta’ arrest u l-mara ġiet arrestata. It-Tlieta hija ammettiet il-ħtija għall-akkużi. Il-Qorti ddikjaratha ħatja bl-ammissjoni tagħha stess u kkundannatha għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Il-Maġistrat Elaine Rizzo ppresediet il-każ. L-Avukat tal-Prosekuzzjoni Martina Calleja mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mexxiet il-prosekuzzjoni assistita mill-Ispettur tal-Pulizija Antonello Magri. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Adreana Zammit assistew lill-mara.
//= $special ?>