Internazzjonali

Żewġ persuni mejta u disgħa oħra midruba wara sparatura f’Philadelphia

Żewġ persuni nqatlu u disgħa oħra ndarbu wara sparatura f’Fairmount Park, f’Philadelphia waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Memorial Day.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30pm ħin lokali bejn it-toroq Lemonhill Drive u Sledgely Drive. Skont rapporti minn sorsi lokali, raġel u mara nqatlu, filwaqt li disgħa oħra, fosthom tliet adoloxxenti ta’ bejn 15 sa 17-il sena ndarbu. L-awtoritajiet lokali kkonfermaw li l-midruba jinsabu f’qadgħa stabbli.

S’issa, il-Pulizija Amerikana qalet li għadhom ma kkonfermaw l-ebda suspett u li l-armi użati fl-attakk għadhom wkoll ma nstabux.

Il-Pulizija għalqet Fairmount Park wara l-inċident u qed tappella għal kwalunkwe informazzjoni li tista’ tgħin fil-każ.

Il-Memorial Day huwa jum fejn l-Amerikani jonoraw u jiftakru s-suldati li tilfu ħajjithom waqt is-servizzi tagħhom fil-militar Amerikan.