Lokali

Abela jagħmel bidliet kosmetiċi wara reżistenza minn Byron Camilleri

Il-Prim Ministru Robert Abela kien kostrett jagħmel bidliet kosmetiċi wara reżistenza minn Byron Camilleri – hekk kif ftit tas-sigħat ilu, l-istess Ministru għażel li jitkellem mal-midja u spiċċa saħaq li hu ser jibqa’ jmexxi l-Intern.

Intant Robert Abela fil-bidliet tiegħu fost l-oħrajn premja lill-Ministru Owen Bonnici billi, ma’ dak li diġà għandu ziedlu r-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet. Intant il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi se jkun il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri se jieħu wkoll ir-responsabbiltà tal-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, filwaqt li s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy
Ellul se jieħu wkoll l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur.