Futbol Sport

Chelsea jdawru r-riżultat minn gowl minn taħt u jirbħu l-UEFA Conference League

Ritratt: EPA

Chelsea rebħu l-edizzjoni 2024/25 tal-UEFA Conference League, fi Stadion Wrocław, fil-Polonja, biex b’hekk saru l-ewwel tim li rebaħ it-tliet kompetizzjonijiet ewlenin tal-UEFA, fejn diġà rebħu l-UEFA Champions League darbtejn kif ukoll il-UEFA Europa League.

Chelsea kellhom idawru r-riżultat hekk kif kienu Real Betis li fetħu l-iskor wara biss 9 minuti meta kien Abde Ezzalzouli li xeħet fix-xibka għal 1-0. Fit-tieni taqsima storja kompletament differenti b’Chelsea joħorġu jfittxu l-gowl, liema gowl tad-draw sabuħ fil-65 minuta permezz ta’ Enzo Fernandez.

Fis-70 minuta Nikolas Jackson poġġihom fil-vantaġġ, fejn ftit minuti wara kien Jadon Sancho li għamilhom 3-1.

Ir-raba’ gowl għal Chelsea wasal fid-90 minuta skorjat minn Moises Caicedo għal riżultat finali ta’ 4-1.