Il-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo sostna fil-Parlament li m’hemm lok għall-ebda allarm dwar il-marda Newcastle fuq it-tiġieġ
Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Toni bezzina, il-Ministru Refalo qal li dan il-virus instab f’żewġ irziezet partikolari u għalhekk saru spezzjonijiet fuq l-irziezet kollha liċenzjati.
Hu qal li t-tiġieġ infettati kienu maqtula u ttieħdu fl-inċineratur biex jinħarqu. L-UE u l-awtoritajiet konċernati kienu wkoll informati. Biex din il-marda ma tinfirixx kienu impilmentati diversi miżuri li kienu diġa mħabbra, sostna l-Ministru Refalo, li qal li wara l-ispezzjonijiet li saru, is-sitwazzjoni hi taħt kontrol u m’hemmx lok għal allarm.
//= $special ?>