Fi kliem il-Viċi President tal-Kumitat Ewropew tat-Trasport u t-Turiżmu, Virginijus Sinkevičius, huwa ċar li l-vapuri tal-Gozo Channel mhux ilaħħqu. Dan wara li d-domanda baqgħet tikber, u li l-Gvern fl-aħħar snin ma investiex f’vapuri ġodda.
Id-deputat Ewropew mil-Litwanja stqarr dan f’kummenti lil Net News, fi tmiem żjara ta’ tlett ijiem li dan il-Kumitat tal-Parlament Ewropew kellu f’pajjiżna.
Waqt din iż-żjara, sitt Membri tal-Parlament Ewropew iltaqgħu mal-Ispeaker tal-Parlament ta’ Malta, mal-Membri tal-Parlament, u mal-Ministru għat-Trasport, biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar is-settur tat-trasport u t-turiżmu. Hawn, id-deputati tal-PN ippreżentaw il-proposti tagħhom… u tefgħu dawl fuq il-kriżi tat-traffiku f’pajjiżna.
Il-Membri tal-Kumitat tat-Trasport tal-PE żaru wkoll Għawdex u ltaqgħu mal-awtoritajiet lokali.
Laqghat oħra saru l-assoċjazzjonijiet Maltin tal-operaturi tat-tratturi u t-trejlers (ATTO), u tal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) biex jiddiskutu modi kif jista’ jintlaħaq bilanċ bejn it-twettiq tal-miri ambjentali u tal-kompetittività fis-settur tat-trasport.
//= $special ?>