U tabilħaqq li f’din l-edizzjoni għandna atleta femminili li nistgħu nibdew insejħulha bħala r-Reġina Maltija sportiva tal-mument.
Din hi ħadd ħlief it-tfajla ta’ 15-il sena, Sophie St. John li għadha kemm rebħet midalja oħra tad-deheb, din id-darba fl-event tal-beam. St. John temmet l-ewwel f’din il-kompetizzjoni b’punteġġ finali ta’ 12.900.
Din hija t-tieni midalja tad-deheb għal St. John fil-ġurnata u issa t-total ta’ midalji tad-deheb mirbuħa minn Malta telgħu għal tmienja. Dan ifisser li wara t-tieni ġurnata ta’ dawn il-logħob, il-kontinġent Malti rrnexxilu jilħaq l-aħjar ta’ Team Malta fi kwalunkwé edizzjoni preċidenti tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li sar lil hinn minn Malta.
Minn issa ‘l quddiem, kull midalja oħra tad-deheb li tintrebaħ minn Malta hi parti minn rekord ġdid, f’edizzjoni tal-GSSE li ma saritx f’Malta, fl-ammont ta’ midalji tad-deheb mirbuħa minn Malta.
Brava Sophie, bravi l-atleti Maltin!
//= $special ?>