“Vince Muscat, “il-Koħħu” qal li l-karozza li ntużat fil-qtil tal-avukat Carmel Chircop kienet ipparkjata mal-ħajt sabiex ma jimblokkawx il-passaġġ għal karozzi oħra fil-kumpless ta’ garaxxijiet f’Birkirkara.” Madankollu, l-Avukat Ishmael Psaila sostna li huwa impossibbli li tgħaddi t-tieni karozza minn dik iż-żona peress li m’hemmx biżżejjed spazju.
“Inthom kontu hemm waqt l-aċċess. Kunu intom l-imħallef tal-fatti, u annilżżaw dan il-punt. Dan għax sempliċement ma kienx hemm biżżejjed spazju biex tgħaddi karozza, jekk it-Toyota Ractis fil-fatt intużat,” qal l-Avukat Psaila, li qed jidher għal Jamie Vella wieħed mill-erba’ akkużati b’rabta mal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop u l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
L-Avukat Psaila jiddubita wkoll ir-reqqa tal-investigaturi tal-pulizija waqt it-tfittxijiet għal karozzi li seta’ kellhom dell ikraħ b’rabta mal-każ. Investigazzjoni li ma saritx sew. Huwa nnota wkoll li Vince Muscat qal ukoll li fi triqithom wara l-qtil ta’ Chircop, hu u Jamie Vella kienu fuq wara, George Degiorgio kien qed isuq u passiġġier ma kienx hemm.
Dr. Psaila qal li l-viser tax-xemx li dehret imxaqilba ’l isfel kienet dik tas-seat tan-naħ tal-passiġġier. “Huwa normali li jekk xi ħadd ma jkunx fis-seat tal-passiġġier, il-visertkun imniżżla u l-viser tas-seat tas-sewwieq le?” staqsa Psaila, u implika li xi ħadd kien tabilħaqq fis-seat tal-passiġġier dakinhar.
Dan ħareġ fil-ġuri li qed jinstema’ f’awla 22 tal-Qorti kontra erba’ rġiel, b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fl-2017 u l-Avukat Carmel Chircop fl-2015. Il-ġuri issa daħal fit-30 jum tiegħu. Ġuri li beda fil-25 ta’ April li għadda bil-provi jinstemgħu b’mod regolari bejn it-Tnejn u s-Sibt.
Fil-ġuri li qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Edwina Grima, hemm akkużati l-aħwa Adrian u Robert Agius, magħrufa aħjar bħala Ta’ Maksar, kif ukoll Jamie Vella u George Degiorgio, li qed jiffaċċjaw akkużi differenti b’konnessjoni mal-qtil ta’ Chircop.
Chircop kien inqatel fit-8 ta’ Ottubru, 2015, filwaqt li Caruana Galizia kienet inqatlet fis-16 ta’ Ottubru tal-2017. Adrian Agius huwa akkużat li kkummissjona l-attakk fuq l-avukat, li l-prosekuturi jallegaw li twettaq bil-kompliċità ta’ ħuh Robert, flimkien ma’ Vella u Degiorgio.
Robert Agius u George Degiorgio magħruf bħala “Iċ-Ċiniż, huma akkużati li pprovdew il-bomba fl-assassinju ta’ Caruana Galizia. L-irġiel kollha qed iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom. L-Avukat Psaila.
L-Avukat Psaila qal ukoll li Jamie Vella kien iffaċċat b’diversi mistoqsijiet fuq il-fatt li l-mobajl tiegħu kien qed jimmarka li kien il-Mosta fil-ħin li nqatlet Daphne Caruana Galizia. Dan għall-fatt li l-familja ta’ Jamie Vella għadha razzett il-Mosta, li jfisser li jekk kien hemm, kien fi ħwejjġu.
Missieru kien jgħix hemm u jista’ jkun li dak il-ħin kien hemm. Madankollu sar kjass sħiħ fuq dan il-fatt u l-Pulizija għafset ħafna fuq dan il-punt. Is-sabiħa hi li meta l-ġurati ttieħdu diversi postijiet fejn sar l-aċċesss lanqas biss ittieħdu f’dan ir-razzett. F’daqqa waħda dan ma baqax iktar importanti.
Jamie Vella meta mistoqsi mill-investigatur Keith Arnaud qal lill-Pulizija li jista’ jkun li huwa kien mar fir-razzett ta’ missieru, razzett li taw x’jifhmu li dan xi ħaġa ħażin fih. Arnaud dejjem kien jippressa li hemm kien qed isir xi ħaġa ħażina.
“Minkejja li ffukaw ħafna fuqu lanqas biss l-ġurati ma ttieħdu f’dan ir-razzett fil-Mosta fl-aċċess. Dan meta r-razzett jinsab fil-qrib ta’ fejn saret il-bomba. “Jien hawn kont nistenna li jekk kellu jissemma’ razzett dan kellu jkun ta’ Salvu tal-Ġbejniet, imma xejn: Kieku l-prosekuzzjoni dehrilha li r-razzett tal-Mosta jiċċentra, taħsbu li ma kienux jeħduna hemm”, qal l-Avukat Ishmael Psaila lill-ġurati.
L-avukat Ishmael Psaila, li qed jassisti lil Jamie Vella kompla fejn ħalla t-Tlieta bis-sottomissjonijiet tiegħu, fejn ukoll kompla jiffoka l-attenzjoni tiegħu lejn ix-xhieda ta’ Vince Muscat u staqsa jekk kienx xhud kredibbli, u kemm hi kredibbli l-prosekuzzjoni.
Filwaqt li l-avukat difensur qal lill-ġurati biex jiffokaw sew fuq il-każ u li l-ġustizzja tingħata, u xejn iktar, huwa għafas ħafna fuq ir-razzett tal-Mosta fejn qal li dan f’daqqa waħda għeb mix-xena. “Biex ħaduna Santa Venera, flat li kien jikri Jamie Vella u tlaqna ‘l hemm. Dak rilvenati għall-prosekuzzjoni? huwa staqsa.
L-Avukat Psaila reġa’ ddeskriva x-xhieda ta’ dan bħala “sottili” u insista li Muscat wieġeb ħafna drabi b’“ma nafx” jew ma weġibx”. Ġurnata qabel Psaila enfasizza li Muscat għandu proċedimenti kriminali pendenti kontrih. Qal li Muscat huwa persuna magħruf għal logħob tal-azzard, ma jaħdimx, u ġie investigat mill-istess Assistent Kummissarju Keith Arnaud.
Dr. Psaila waqt is-sottomissjonijiet tiegħu baqa’ jistieden lill-ġurati biex iħarsu lejn l-evidenza sew u jaraw jekk kienx hemm xi evidenza diretta jew indiretta li torbot lil Vella maż-żewġ każijiet ta’ qtil. Wara s-sottomissjonijiet li għamel fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-Avukat Psaila għadda biex jitkellem fuq il-qtil tal-Avukat Carmel Chircop.
Huwa tkellem dwar l-atteġġament tas-Suġent Gary Cauchi li fil-ġuri ġab dokument miegħu (filmat), xi ħaġa stramba. Filwaqt li taħt it-tinda tal-Marsa instabu xi oġġetti relatati mal-każ minkejja li mimli ħama, il-parti ta’ fejn hemm it-Tiger Bar fejn Muscat qal li ntremiet l-arma li qatlet lill-Avukat Chircop, il-bugħaddasa hemm ma niżlux minħabba l-l-kwantità ta’ ħama li hemm.
L-Avukat Psaila attakka lill-Pulizija fuq kemm investigaw karozzi u ma jidhirx li dan sar bir-reqqa. “Kieku kellna noqgħodu fuq id-dinamika ta’ Vince Muscat, li hu kien bilqiegħda wara u li Jamie Vella kien ħdejh wara l-passiġġier, fatt kontestat.
Il-Pulizija qalu li għalkemm kien hemm vetturi oħra li ma kienux ta’ interess. Semma’ wkoll il-kwistjoni tal-visor. Huwa staqsa kif ix-xufier George Degiorgio tiegħu kienet imtella’ u n-naħa tal-passiġġier kienet imniżżla. Psaila staqsa lill-ġurati kemm il-darba huma saqu u maġembhom ma kien hemm ħadd, u niżżlu l-visor tan-naħa tal-passiġġier.
It-teżi li l-karozza kienet mal-ħajt biex tkun tista tgħaddi karozza oħra, b’Chircop għadu ġej ftit qabel l-omiċidju. Araw tgħaddix karozza oħra, intom kontu hemm, dejjem verament marru bit-Toyota Ractis, sadanittant hemm ukoll vit u impossibbli li l-karozza pparkjata. Dan huwa xhud li ħa proklama li f’daqqa waħda, bil-filmart u bir-ritratti jibqa’ jżbalja. Għandha komfort it-teżi ta’ Muscat f’dawn il-proċeduri. U ma kien hemm l-ebda prova oħra fil-każ li tipponta lejn Jamie Vella.
L-avukat tad-difiża Psaila kkonkluda d-diskors tiegħu lill-ġurati b’dan il-kliem. “Investejna tant flus f’tant sorsi u esperti barranin u huwa possibbli li dan huwa kollu li għandek? Vince Muscat? Kemm-il darba dan ix-xhud għażel li ma jweġibx il-mistoqsijiet li sarulu? Dawn mhumiex teoriji iżda dawn huma fatti. Stennejna li nirċievu tweġibiet sodi mingħandu,” sostna l-avukat Psaila.
“M’hemm assolutament l-ebda raġuni għaliex Vince Muscat ikun irid jara x-xhieda preċedenti tiegħu, il-verità ma tinbidilx u dak hu”. Inġustizzja ma tissolvax b’inġustizzja oħra, spiċċa jgħid l-avukat tad-difiża Ishmael Psaila.
Jibdew jagħtu d-depożizzjoni tagħhom ix-xhieda tad-difiża
Kollega tal-avukat Carmel Chircop, li hi prokuratur legali qalet fil-qorti li ilha taħdem mad-Dingli Law Firm mill-1999. Xogħlha hu li tassisti lill-qorti fir-reġistrazzjoni tal-atti tal-proċedimenti iżda taħdem esklussivament fis-settur ċivili, mhux f’dak kriminali.
Hija kienet mistoqsija mill-avukat Nicholas Mifsud, li rrefera għal dokument partikolari waqt l-interrogazzjoni tiegħu. Dr. Carmel Chircop kien ingħaqad mad-Dingli Law Firm bħala sieħeb fl-2013. L-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu kienu l-liġi ċivili u l-liġi tat-tbaħħir.
Josette Attard, bħala l-prokuratur legali għad-ditta kollha, iddikjarat li kull min ikollu bżonn is-servizzi tagħha kien se jikkuntattjaha direttamentg, inkluż Carmel Chircop, li għamel dan minn meta ngħaqad.
Ittra ġudizzjarja ġiet ippreżentata fit-12 ta’ Ġunju 2014 minn Carmel Chircop. Din kienet indirizzata lil ERom Ltd, Ryan Schembri u martu, Etienne u Nathalie Cassar, Cassar & Schembri Ltd, u Adrian Agius. L-ittra rreferiet għal talba ta’ kreditur u kienet ibbażata fuq ċekk irrifjutat maħruġ minn Cassar & Schembri Ltd lil Chircop.
Iċ-ċekk kien ġie rrifjutat mill-bank, u dan wassal lil Chircop biex jinvoka l-Artikolu 256(2) tal-Kapitolu 12 tal-Kodiċi Ċivili, li jippermetti l-infurzar permezz ta’ intimazzjoni meta jkun jeżisti kuntratt pubbliku.
Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-partijiet ġew notifikati, Etienne Cassar inizjalment ma ġiex notifikat. Chircop aktar tard informa lill-qorti permezz ta’ email li kien kiseb indirizz ġdid għal Cassar—biddlu minnĦaż- Żabbar għal Marsascala. Dokument ta’ appoġġ ikkonferma li din il-korrezzjoni kienet ġiet ikkomunikata qabel.
Meta mistoqsija jekk ġietx ippreżentata tweġiba għall-ittra ġudizzjarja, ix-xhud stqarret li ma setgħetx tiftakar. Kien hemm “riferta pożittiva” (rapport ta’ notifika pożittiv), u Josette Attard ivverifikat jekk kienx hemm xi segwitu. Mit-tfittxija tagħha, irriżulta li ma nstab l-ebda segwitu.
Aktar tard hija infurmat lil Chircop li t-tieni ittra ġudizzjarja rigward Etienne Cassar kienet ġiet notifikata b’mod pożittiv.
Spettur tal-Pulizija imsejħa bix-tixhed
L-Ispettur Sandra Zammit ġiteinterrogata mill-avukat Noel Bianco, li jirrappreżenta lil George Degiorgio. Hija spjegat x’kienet għamlet wara li rċeviet informazzjoni dwar il-qtil fil-jum li seħħ. Hija qalet lil uffiċjali tal-pulizija oħra biex ma jħallu lil ħadd joħroġ mill-kumpless tal-garaxx.
Zammit qalet li Augustine Grixti kien skopra lill-vittma, l-avukat Chircop, u li oħt Chircop kienet preżenti iżda ma tħallietx tidħol fix-xena. Hija nnutat ukoll li Grixti aktar tard mar fl-eqreb ċentru tas-saħħa għax kien taħt xokk.
Filmat intwera fil-qorti, li juri karozza Renault li qabel ma ssemmietx titlaq mix-xena eżatt qabel ma l-ambulanza kienet qed titlaq. Meta ġiet interrogata dwar il-karozza, Zammit qalet li ma kellha l-ebda informazzjoni dwar min kien ġewwa jew jekk il-pulizija investigatx dan.
Brandon Pisani li jmexxi t-Taqsima tar-Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Midja tal-pulizija (CMRU), kien l-aħħar xhur. Fil-preżenza tiegħu ntwera filmat li juri lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà waqt konferenza stampa.
Fil-filmat jispjega kif tliet persuni ġew arrestati b’konnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Huwa jikkonferma kif xi persuni ġew arrestati fil-Baħrija u arrest wieħed twettaq fis-Swieqi. Id-difiża qed tipprova tiskredita lill-Assistent Kummissarju Arnaud peress li Gafà kien qal li l-evidenza kollha nġabret, iżda Arnaud qal li l-investigazzjoni għadha għaddejja waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ġuri.
Huma bdew jippruvaw iressqu dawn id-dikjarazzjonijiet konfliġġenti lill-ġurati. Il-ġuri jkompli l-Ħamis filgħodu b’iktar xhieda minn naħa tad-difiża.
L-avukati Godwin Cini, Danika Vella u Anthony Vella qed imexxu l-prosekuzzjoni f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukat Nicholas Mifsud qed jassisti lil Adrian Agius. L-Avukati Ishmael Psaila u Amadeus Cachia qed jassistu lil Jamie Vella.
L-Avukati Alfred Abela u René Darmanin qed jassistu lil Robert Agius. L-Avukati Noel Bianco u Leslie Cuschieri qed jassistu lil George Degiorgio. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru għall-familja Caruana Galizia. L-Avukat Vince Galea qed jassisti lill-familja Chircop.