Fis-Slovakkja, orsijiet ta’ lewn kannella dalwaqt ser ikunu jistgħu jittieklu.
Dan seħħ wara li l-Gvern Slovakk ix-xahar li għadda, approva pjan biex jinqatlu kwart mit-total ta’ 1,300 ors, minħabba żieda fil-fatalitajiet.
Din il-kwistjoni qajmet reazzjoni mill-ambjentalisti kif ukoll politiċi fl-Oppożizzjoni u l-Parlament Ewropew. Dan minħabba l-fatt li l-orsijiet kannella huwa speċi protett fl-Unjoni Ewropea.
Għal din ir-reazzjoni, il-Gvern Slovakk stqarr li l-laħam tal-orsijet maqtula ser jinbiegħ lill-pubbliku sabiex ma jinħeliex laħam.
//= $special ?>