Lokali

Mhux eskluż reshuffle fil-Kabinett

Kollox jindika li fis-sigħat li ġejjin Robert Abela se jkun kostrett iħabbar bidliet fil-formazzjoni tal-Kabinett tiegħu. Dan wara d-diversi stejjer kontroversjali li faqqgħu fl-aħħar xhur, u li kienu qed jippuntaw fost l-oħrajn lejn il-Ministru Byron Camilleri.

Net News jinsab infurmat li fost il-bidliet li kapaċi jsiru, hemm anke ċaqliq ta’ Segretarji Parlamentari.

Ir-rapporti, li qed jiġu segwiti mill-midja indipendenti, għadhom iridu jiġu konfermati.

Iżda fil-verità, dan il-ħjiel dwar possibbiltà ta’ reshuffle ilu jiċċirkola diversi jiem. Bis-sorsi tagħna miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista jikkonfermaw li Robert Abela qed jiżen sew il-passi li se jagħmel, biex ma jidhirx dgħajjef u ma jurtax lil nies bħal Jason Micallef u oħrajn. Tant li lest jagħmel anke “kompromessi”, u jdaħħal lura fil-Kabinett uċuħ li huma qrib tal-istess Micallef u ta’ Joseph Muscat.