Aktar membri tal-Kabinett qed jissejħu f’Kastilja dalgħodu wara li l-Prim Ministru beda jikkunsidra li jagħmel reshuffle.
Barra Kastilja, Stefan Zrinzo Azzopardi kkonferma l-aħbar żvelata minn Net News dwar il-laqgħat li għaddejin dalgħodu. Dan filwaqt li deher viżibbilment urtat wara li ħareġ mil-laqgħa li kellu ma’ Robert Abela.
Hu qal biss li dak li għandu jitħabbar, se jħabbru l-Prim Ministru.
Andy Ellul minn naħa tiegħu għażel li ma jweġibx dwar reshuffle u l-manuvri li għaddej bihom Robert Abela. Għalkemm fl-istess nifs, ma ċaħadx li għaddej xi forma ta’ reshuffle.
Interessanti l-fatt li Andy Ellul ħareġ minn Kastilja wara biss 5 minuti.
Li nafu żgur hu, li Byron Camilleri irreżista kull forma ta’ mossa biex jinbidillu d-dekasteru li għandu. Dan iddikjarah hu stess fuq it-taraġ ta’ Kastilja f’kummenti lill-ġurnalisti preżenti.