Lokali

Musical chairs li jkomplu jikkonfermaw in-nuqqas ta’ saħħa ta’ Robert Abela – PN

Robert Abela jkollu jċedi għall-pressjoni tal-Ministri tiegħu

Wara li fl-aħħar jumejn kien hemm kummenti tal-Prim Ministru li indikaw li kien se jagħmel reshuffle, minflok, illum rajna musical chairs li komplew jikkonfermaw in-nuqqas ta’ saħħa ta’ Robert Abela, hekk kif kellu jċedi għall-pressjoni ta’ diversi Ministri.

Wara li kulħadd kien jaf li Robert Abela ried ineħħi l-Intern lil Byron Camilleri biex jagħti dan id-dekasteru lil Owen Bonnici, Robert Abela kellu jċedi għall-pressjoni ta’ Byron Camilleri u jirtira min dan il-ħsieb, b’dak li rriżulta f’musical chairs biex taparsi jsir xi tibdil.

Dan kollu huwa ta’ inkwiet kbir għall-pajjiż, li għandu Prim Ministru li tilef il-kontroll tal-Ministri tiegħu stess.