L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, laqa’ lill-President tal-Assemblea Nazzjonali Ungeriża, għal taħditiet uffiċjali fil-Parlament, fil-Belt Valletta.
Il-programm kien jinkludi laqgħa formali bħala parti minn żjara uffiċjali mir-rappreżentanza Ungeriża, bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet parlamentari bejn iż-żewġ pajjiżi.
Din iż-żjara fakkret fl-impenn ta’ Malta għad-djalogu diplomatiku u parlamentari, speċjalment fid-dawl tal-preparazzjonijiet biex il-pajjiż jieħu t-tmun tal-Kunsill tal-Ewropa aktar tard din is-sena.
//= $special ?>