Knisja Lokali

35 sena miż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-Gżejjer Maltin

Il-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II magħrufa bħala l-Fondazzjoni Kulturali JP2 fakkret b’quddiesa fil-Kappella sabiħa tan-Nunzjatura Appostolika f’Tal-Virtu, Rabat, Malta, il-35 anniversarju minn meta l-Papa Ġwanni Pawlu II żar Malta u Għawdex u ċċelebra l-ewwel Quddiesa minn Papa fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, fl-Għarb, Għawdex.

It-tenur minn Għajnsielem, Angelo Muscat, akkumpanjat minn Dr. Romina Morrow fuq il-pjanu ħa sehem fl-okkażjoni. Il-Quddiesa ġiet iċċelebrata nhar it-Tnejn 26 ta’ Mejju mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Savio Hon TAL-FAI, Arċisqof u Nunzju Appostoliku għal Malta, flimkien mal-Kavallier Kan. Anton Borg, Direttur ta’ Radju Marija u l-Arċipriet tal-Furjana, Fr. Charles Cini.

Preżenti kien hemm is-Sur Łukasz Felczak, Chargé d’Affaires Pollakk, Ċensu Galea, Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Suor Dolores Gauci u Suor. M’Anne Cardona mill-Kunvent ta’ Santa Katerina f’Ħ’Attard flimkien ma’ xi mistednin oħra.