Ir-rebbieħa tall-UEFA Conference League, Chelsea attivaw il-klawżola tal-attakkant Ingliż Liam Delap mingħand Ipswich Town, li ġew relagti din is-sena mill-Premier Legaue fit-18-il post.
Delap, plejer ta’ 22 sena, ingħaqad minn ma’ Manchester City is-sajd li għadda u kellu staġun tajjeb hekk kif f’37 partita, huwa skorja 12-il gowl u pprovda 2 assists. Delap huwa magħruf għal logħob fiżiku li jilagħab, bl-attakkant kapaċi jżomm il-ballun u anke jsib ruħu fil-kaxxa biex jikkonverti ċ-ċansis, xi ħaga li l-Blues qed ifittxu wara staġuni diżappuntanti ta’ Nicolas Jackson u Christopher Nkunku.
Liam Delap jiġi t-tifel tal-eks midfielder ta’ Stoke City, fost oħrajn, Rory Delap li kien magħruf għall-throw in li kellu.
//= $special ?>