Lokali

Chris Cardona jixhed fil-31 jum tal-ġuri

Ritratt: Martin Agius

L-Eks Ministru tal-Labour Chris Cardona xehed fil-ġuri li issa daħal fil-31 jum tiegħu.

Chris Cardona qed jixhed wara li Vince Muscat “Il-Koħħu”, xehed li l-Eks Ministru Laburista kien involut fil-pjan inizjali sabiex tinqatel il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-Koħħu, kien xehed li, hu, flimkien mal-erba’ akkużati oħra, kienu mitluba sabiex joqtlu lil Daphne Caruana Galizia snin qabel l-2017 – propju fl-2015.

Pjan inizijali li fit-tmun tiegħu kien Chris Cardona – li dak iż-żmien kien għadu Ministru tal-Labour. Iżda skont il-Koħħu, dan il-pjan ma twettaqx hekk kif id-depożitu baqa’ ma tħallas qatt.

Chris Cardona, ċaħad l-involviment tiegħu f’dan il-każ.