In-numru ta’ pazjenti li marru fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei tela’ fl-aħħar snin u b’mod speċjali fl-aħħar tliet snin, biex sal-aħħar tas-sena li għaddiet l-attendenza żdiedet għal 140,150 persuna minn attendenza ta’ ftit aktar minn 96,000 fl-2020. Din iż-żieda qawwija fl-attendenza ma wasslitx lill-Gvern Laburista jinvesti bil-qawwi flid-Dipartiment tal-Emerġenza biex ma tasalx il-kriżi li jinsab fiha dan id-dipartiment importanti f’Mater Dei.
Jirriżulta li fl-2020 l-attendenza kienet ta’ 96,382; fl-2021 l-attendenza kienet diġà ta’ 115,068; u fl-2024 l-attendenza kompliet titla’ u tiżdied, u kienet ta’ 140,150 persuna. Hu biss fl-aħħar xhur li tħabbar li se jitkabbar dan id-Dipartiment li kien ukoll milqut minn ħafna kontroversji meta lanqas biss għadu beda dan ix-xogħol li hu tant ta’ bżonn.
Din l-informazzjoni tal-attendenza fl-Emerġenza ta l-Ministru tas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva fil-Parlament għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzzjonalista Ivan Bartolo li staqsa lill-Ministru jgħid kemm il-persuna użat is-servizz tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar snin.
Il-kriżi li tinsab fl-Emerġenza tiżdied mal-lista ta’ problemi li tħallew jakkumulaw f’Mater Dei bil-kjuwijiet kbar ta’ stennija fl-out patients u fi proċeduri mediċi pendenti. Dan hekk kif il-poplu nsteraq fis-settur tas-saħħa €400 miljun u ma sar qatt l-investiment imwiegħed tant li l-Qorti, fuq talba tal-Partit Nazzjonalista, iddikjarat null u frawdolenti l-ftehim li l-Gvern Laburista għamel dwar it-tmexxija tal-isptarijiet meta kien biegħ tliet sptarijiet pubbliċi, inkluż l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
//= $special ?>