Il-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975), hekk kif qiegħed jiċċelebra l-50 sena anniversarju tiegħu, ġie kkonfermat b’mod uffiċjali mill-Juventus Official Fan Club bħala t-tieni l-akbar sapporters klabb barra mill-Italja, f’termini ta’ numri ta’ membri miktuba fil-klabb.
Din l-aħbar ġiet ikkonfermata permezz ta’ post tal-President Joseph Fenech fuq il-mezzi soċjali, fejn hemm anke hu wera konferma ta’ dan it-tragward enormi li laħaq il-klabb.
Fl-istess post, Fenech irringrazja lil membri leali tal-klabb u qal li dan ir-riżultat huwa l-frott tal-ħidma tal-kumitat li ħadem bla waqfien.
Riċentament, f’parti miċ-ċelebrazzjoni tal-50 sena anniversarju, il-Juventus Club Vero Amore stieden 4 leġġendi tal-Juventus, Nicolo Legrottaglie, Angelo Di Livio, Alessandro Birindelli u Moreno Torricelli. Il-membri tal-klabb kellhom l-opportunita’ li jiltaqgħu ma’ dawn il-eks plejers f’bosta avvenimenti organizzati mill-istess klabb.
//= $special ?>