Internazzjonali

Il-Qorti tal-Kummerċ Internazzjonali twaqqaf it-tariffi imposti minn Donald Trump

Il-Qorti tal-Kummerċ Internazzjonali fl-Istati Uniti waqqfet lill-President Amerikan Donald Trump milli jimponi t-tariffi tiegħu fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha ddikjarat li Trump qed jieħu deċiżjonijiet li hu m’għandux awtorità li jieħu. Il-midja internazzjonali qed tispjega li t-tariffi – normalment – jiġu approvati mill-Kungress, iżda Donald Trump qed jargumenta li kellu l-awtorità li jimponi t-tariffi għaliex is-sitwazzjoni kienet ta’ emerġenza nazzjonali.

Intant, ftit minuti wara li l-Qorti ħarġet is-sentenza tagħha, l-amministrazzjoni ta’ Trump xeħtet l-appell tagħha u għaldaqstant jista’ jkun li dan il-każ jittieħed quddiem il-Qorti Suprema.