L-aħħar tislima lil Shaun Coppola se ssir nhar is-Sibt li ġej fit-8:15am fil-Kolleġjata ta’ San Ġorġ, f’Ħal Qormi.
Dawn id-dettalji ngħataw minn mart Shaun Coppola, illi qalet li dawk li se jattendu għall-funeral huma mitluba jilbsu casual u kuluri ċari. Intqal ukoll li s-sewwieq tal-muturi huma msejħa biex jingħaqdu mal-korteo li se jitlaq mill-Isptar Mater Dei fis-7:30am.
Shaun Coppola, li hu missier ta’ tifla, tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar, nhar it-Tlieta li għadda.
Wara l-inċident kienu bosta s-sewwieqa tal-muturi li appellaw lill-awtoritajiet sabiex isir investiment serju fl-infrastruttura; partikolarment f’barriers moderni li jkunu konformi ma’ standards Ewropej.
//= $special ?>