Jiena ma niġix ikkonsultat.
Hekk stqarr il-Viċi Sindku tal-Belt Vallettta Alfred Zammit, waqt intervista mal-Malta Today meta kien mistoqsi dwar is-sitwazzjoni tiegħu fil-Kunsill – wara li s-sena li għaddiet għamlu manuvri mill-qalba ta’ Kastilja sabiex itajruh min-nofs.
Is-sitwazzjoni fil-Kunsill Laburista tal-Belt kompliet teskala wara laqgħa li saret fit-3 ta’ Settembru b’rabta mal-kuntratt għar-restawr tal-faċċata tal-Knisja ta’ San Pawl Nawfagu.
Is-Sindku Olaf Mckay kien wera biċ-ċar li waħdu kellu d-dritt li jwaqqa’ l-kuntratt. B’Alfred Zammit jgħid li din l-azzjoni waslet biex il-faċċatta tal-Knisja ta’ San Pawl tħalliet fi stat ta’ periklu.
Hawn, il-Viċi Sindku tal-Labour semma’ kif uffiċjali mic-Ċentru Nazzjonali Laburista ħadmu kontrih.
B’dawn l-azzjonijiet iwasslu biex weġġgħu lill-eks preżentatur tas-Super One.
Zammit spjega wkoll li dawn il-gambetti saru fl-istess żmien li l-programm tiegħu tneħħa minn fuq l-istazzjon laburista.
Il-Viċi Sindku ma ċaħadx li jaf jasal punt fejn hu jitlaq mill-Kunsill hekk kif għat-tieni darba f’din l-intervista kkonferma li r-relazzjoni tiegħu mal-Kunsill tal-Belt hija inqas minn zero.
U minkejja li qal li hu għandu relazzjoni tajba mal-mexxejja tal-Partit Laburista, huwa saħaq li hemm bżonn li dan il-Partit jara lil min weġġa’.
//= $special ?>