Futbol Internazzjonali Sport

Paul Doyle, raġel ta’ 53 sena mixli b’7 reati għall-inċident li sar waqt il-parata tar-rebħ tal-Premier League f’Liverpool

Paul Doyle huwa r-raġrel responsabbli mill-inċident vjolenti li sar f’Liverpool nhar it-Tnejn li għadda fejn fih weġġgħu 79 bniedem, b’7 minnhom jinżammu l-isptar. Huwa magħruf li l-iżgħar vittma għandu biss 9 snin, filwaqt li l-ixjeħ għandu 78 sena.

L-inċident sar waqt il-parata ta’ ċelebrazzjoni għar-rebħ tal-20 Premier League ta’ Liverpool FC , f’ West Derby f’Liverpool.

Minħabba dan l-att, Doyle ġie mħarrek b’seba’ reati, b’sitta minnhom ikunu relatati ma’ ġieħi gravi u wieħed minnhom ikun relatat ma’ sewqan perikoluż.

Paul Doyle raġel ta’ 53 sena u missier ta’ 3 itfal, serva fil-Marin Rjali u għandu negożju.

Doyle se jidher il-Qorti Maġisterjali ta’ Liverpool għada.