Jinsabu fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi li se ssir nhar il-Ħadd 1 ta’ Ġunju fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista – preparamenti li jkunu ilhom li bdew diversi jiem, kif spjegalna l-Kordinatur tal-Loġistika, Roberto Runza.

Kull maratona tirrekjedi ħafna xogħol minn wara l-kwinti; ħidma li tilħaq il-qofol tagħha bl-avveniment ta’ nhar il-Ħadd illi se jixxandar LIVE fuq Net Television u Net FM.
U biex dan ikun possibbli jeħtieġ ammont kbir ta’ xogħol, u l-impenn ta’ diversi voluntieri.
Il-maratona ġbir ta’ fondi se tkun qed tixxandar b’mod dirett mitt-3 ta’ waranofsinhar ‘il quddiem. U l-fondi li jinġabru se jgħinu kemm lill-Partit Nazzjonalista kif ukoll lil media tal-partit.

In-nies huma mistiedna biex iżuru id-Dar Ċentrali tal-PN u jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom. Dan filwaqt li jistgħu jiltaqgħu ukoll mal-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u diversi uffiċjali u kandidati.

Dan aparti li minn ħin għall-ieħor diversi artisti se jkunu qed iwasslu spettakklu mis-sala tad-Dar Ċentrali tal-PN.
//= $special ?>