Wirt Għawdex se torganizza s-sitt taħdita fis-serje ta’ taħditiet għall-2025 nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju fis-6.30pm, il-Kappella ta’ Santa Ċeċilja, Għajnsielem. It-taħdita, li se tingħata bl-Ingliż minn Prof. Joseph Caruana, se tiffoka fuq id-Dwejra.
Din it-taħdita se tiggwida lill-parteċipanti fl-istorja ġeoloġika u umana tad-Dwejra. Il-kelliem huwa astrofiżiċista fl-Università ta’ Malta u President ta’ Wirt Għawdex. Caruana ilu affaxxinat bid-Dwejra sa minn età żgħira ħafna, u wettaq studji xjentifiċi fuq is-sit, inklużi tal-ġeomorfoloġija taħt l-ilma u s-smewwiet billejl. Ilu żmien twil jippromwovi l-preservazzjoni tad-Dwejra u s-smewwiet mudlama tagħha, u waqqaf sit dedikat għal dan is-sit (www.dwejra.net).
Caruana huwa msieħeb tar-Royal Astronomical Society, kif ukoll membru tas-Socjetà Astronomika Ewropea u l-Unjoni Astronomika Internazzjonali (IAU). Ilu mill-2021 jaqdi l-irwol ta’ President ta’ Wirt Għawdex.
Wara t-taħdita se jkun hemm ħin għal mistoqsijiet mill-udjenza u diskussjoni.
//= $special ?>