“Il-Labour qed jibqa’ jipprova jitfa’ l-problemi tiegħu fuq ħaddieħor. Iżda jiena se nibqa’ ffukat fuq il-ħidma tiegħi u tal-Partit Nazzjonalista biex nibqgħu nkunu l-vuċi tal-poplu.”
Hekk iddikjara l-Kap tal-PN Bernard Grech hekk kif ċaħad għalkollox ix-xnigħat li bdew jxerred il-Labour fl-aħħar sigħat.
Bernard Grech insista li huwa tal-mistħija li l-Partit Laburista qed jivvinta u jxerred dawn ix-xnigħat biex jipprova jaħbi d-diviżjonijiet interni li qed jiffaċċja bħalissa.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li se jkompli bil-ħidma tiegħu bħalma dejjem għamel, u qed iħares ’il quddiem lejn tmiem din il-ġimgħa, meta l-PN se jkun qed jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi oħra. “Dan hu avveniment li se jkompli jsaħħaħ lill-partit bħala gvern alternattiv”, qal Bernard Grech
//= $special ?>