Fl-aħħar sigħat feġġet possibbiltà ta’ ftehim għal waqfien mill-ġlied f’Gaza.
Dan wara li uffiċjal Palestinjan saħaq li hemm ċans li l-Grupp terroristiku Hamas jaqbel ma’ pjan għal waqfien mill-ġlied; pjan konġunt li sar minn ufiċċjali tan-Nazzjijiet Uniti u Iżrael.
L-ebda uffiċjal Iżraeljan ma tkellem rigward qbil fil-qrib.
Il-Palestinjani qed jgħidu li hemm kwistjonijiet ewlenin f’din il-proposta ta’ waqfien mill-ġlied. Fosthom li l-qbil għall-paċi jkun dejjiemi u li qabel kull tip ta’ qbil jitħallew jidħlu kunsinni tal-ikel u xorb.
Ftit tal-jiem ilu, riżultat tal-ġuħ li hemm preżentament fost il-popolazzjoni f’Gaza, bosta mħażen tan-Nazzjonijiet Uniti mimlija ikel u prodotti oħra ġew sgassati minn eluf ta’ Palestinjani.
Intant s’issa matul dan il-kunflitt inqatlu ‘l fuq minn 62,000 Palestinjan – fosthom 15,000 tifel u tifla, b’numru sostanzjali ta’ persuni jmutu kaġun ta’ nuqqas ta’ ikel u xorb .
//= $special ?>