Il-Prim Ministru Portugiż, Luís Montenegro, ċaħad għas-sejħa biex il-pajjiż jgħaddi minn riforma kostituzzjonali fil-futur qarib….Hu qal hekk bi sfida għall-Partit Chega – l-entità tal-lemin estrem li spiċċat t-tieni l-akbar forza politika fil-Portugall wara l-elezzjonijiet ġenerali ta’ dan ix-xahar…. Partit li Montenegro beħsiebu ‘iħallih dejjem wara l-kwinti tal-poter’.
Montenegro se jkompli fit-tmun tal-Portugall wara li l-President Portugiż, Marcelo Rebelo de Sousa, ikkonfermah bħala l-Kap tal-25 Gvern f’Lisbona. Dan seħħ dritt wara li kkonkluda l-għadd tal-voti fil-Portugall, b’Montenegro isostni li l-Gvern ta’ minoranza mmexxi minnu għandu jagħti priorità lir-riformi għall-ekonomija, is-servizzi pubbliċi u s-sistema tas-saħħa.
L-Alleanza Demokratika (AD) ta’ Montenegro, f’din l-elezzjoni, rebħet 91 siġġu fil-Parlament waqt li l-Partit Chega se jkun irrappreżentat minn 60 deputat fl-Assemblea – u bis-Soċjalisti jispiċċaw warajhom wara li tellgħu biss 58 deputat.
//= $special ?>