Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi lbieraħ filgħaxija inawgura l-bust li sar ad unur Mons. Victor Grech.
L-inawgurazzjoni saret waqt ċerimonja li għaliha attendew residenti, numru ta’ għaqdiet lokali kif ukoll rappreżentanti tal-Caritas.
Mons. Grech miet fi Frar li għadda, fl-età ta’ 95 sena. Hu qatta’ parti kbir minn ħajtu jgħix f’Tal-Ibraġ u jqaddes f’din il-parroċċa.
Meta kienet ħarġet l-aħbar li miet Dun Victor Grech, is-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat kien tkellem mal-kunsillieri sabiex il-ġnien biswit il-Kunsill Lokali jissemma għalih.
Kien f’dan l-istess ġnien li tpoġġa’ l-bust ta’ Dun Victor.
Il-bust huwa xogħol l-artist Indri Attard, u tbierek mill-kappillan tal-Ibraġ Fr Brian Gilanzè.
//= $special ?>